Flimkien jirnexxilna
Id-demokrazija, il-libertà, l-ugwaljanza, it-tolleranza u s-solidarjetà. Dawn huma l-valuri Ewropej li jgħaqqduna. L-invażjoni Russa fl-Ukrajna wriet ukoll li d-demokrazija tagħna, l-ekonomija tagħna, u l-indipendenza enerġetika tagħna huma katina waħda. Flimkien nistgħu niżguraw li jkollna enerġija nadifa u rinnovabbli – iġġenerata fl-Ewropa. Dawn l-għanijiet nistgħu nilħquhom biss jekk niġbdu ħabel wieħed. Ejjew niddefendu l-valuri tagħna biex inħarsu l-futur tiegħek u tal-familja tiegħek, il-klima u l-pjaneta.
You are EU!
It-tifsira ta’ “You are EU”
“You are EU” hija stedina għall-Ewropej kollha biex ikunu parti u jgħinu fit-trasformazzjoni biex l-isfidi tagħna jissarrfu f’ġejjieni aħjar li jiġġenera l-enerġija nadifa fl-Ewropa. Nistgħu nistrieħu fuq il-preġji tagħna, imsejsa fuq ix-xewqa waħdanija tagħna li jsawru d-dinja li rridu ngħixu fiha. “You are EU” hija l-wegħda tagħna bħala Ewropej li neħtieġu l-kontribut ta’ kulħadd. “You are EU” hija dikjarazzjoni li nistgħu nimxu id f’id lejn enerġija nadifa u endoġena. “You are EU” hija tfakkira li għalkemm hemm ħafna xi jsir, dan nistgħu nwettquh flimkien għall-ġid tal-ġenerazzjonijiet futuri. Uliedna u wlied uliedna se jsaħħu l-enfasi tagħna fuq it-triq ’il quddiem u l-għan komuni tagħna – il-ħarsien tad-demokrazija, tal-ekonomija, u tal-Unjoni paċifika u indipendenti tagħna.
© L-Unjoni Ewropea 2023. Id-drittijiet kollha huma riżervati. Ċerti partijiet huma liċenzjati skont xi kundizzjonijiet lill-UE.
You are EU!
“You are EU” li tħeġġeġ, tnebbaħ u titħaddet ma’ persuni mill-pajjiżi kollha tal-UE. “You are EU” li tagħti s-setgħa għax iżżewweġ il-valuri tagħna mal-idea ta’ trasformazzjoni. Din tgħaqqadna bħala Ewropej. Fl-istess waqt, tagħtina direzzjoni għall-ġejjieni. B’hekk tagħti dimensjoni progressiva lil dak li aħna, u tippermettilna nsawru b’mod attiv it-triq quddiemna fuq is-sisien tal-libertà, tal-paċi u tas-solidarjetà b’sorsi tal-enerġija nodfa u indipendenti.
All of You are EU.